“Tlift Opportunità Li Nieħu Sehem Barra Bħala Attriċi” – Frida Cauchi B’Żewġ Opportunitajiet Li Kienu Sfaxxaw – X’Ġara?

Fir-rivista tax-xahar ta’ Awwissu, aħna ta’ Gwida kellna ċ-ċans li nitkellmu mal-attriċi u preżentatriċi Frida Cauchi. Fost l-oħrajn staqsejnieha dwar iċ-ċans li tirreċta barra minn xtutna! Frida qaltilna li kellhom żewġ opportunitajiet mill-isbaħ li tieħu sehem f’żewġ films li kienu qed jiffilmjaw Malta, iżda donnu ma kellux ikun imnalla.





Frida tgħidilna, “Fil-film, Risen, kienu ser itellgħuni Spanja u kont ser niltaqa’ mal-appostli kollha u l-Madalena. Imbagħad l-istoriċi qalulhom li wara t-tislib il-karattru tiegħi tissemma biss fil-Pentecoste u ma tissemma mkien iżjed. Allura biex huma jkunu qrib il-verità, iddeċidew jikkanċellaw. Kelli kollox lest u preparat, u ġimgħa qabel qaluli bl-aħbar. Tlift opportunità li nieħu sehem barra bħala attriċi.”



Iżda dak ma kienx l-unika filma, “Fil-film, 13 hours, li nġibed Malta wkoll, kellhom itellgħuna Tripli; konna jien u l-attur Manwel Cauchi bħala koppja. Suppost kellhom itellgħuna Tuneż fid-‘dar tagħna’. Id-direttur għoġbitu l-Belt Valletta u qalilhom li kien ser jiffilmja hemm minflok. Għalkemm ħadt gost li għażel pajjiżi, hemm tlift opportunità oħra!”

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI