María Mendiola, kantanta li tant baqgħet magħrufa għall-kanzunetta Yes Sir, I Can Boogie mietet fl-età ta’ 69 sena s-Sibt filgħodu ġewwa Madrid, Spanja. Kienet parti mid-duo Spanjol Baccara flimkien mal-kantanta Mayte Mateos.
Il-kanzunetta Yes Sir, I Can Boogie żgur li smajniha kemm-il darba, b’mod partikolari fuq l-istazzjonijiet Maltin. Il-kanzunetta fil-fatt kienet għamlet suċċessi kbar u sabet ruħha fil-quċċata ta’ diversi charts mużikali, speċjalment f’għaxar pajjiżi Ewropej. Aktar minn 16-il miljun kopja ta’ din id-diska nxtraw matul dak iż-żmien.
Strieħ fis-sliem Maria, u kondoljanzi lill-familjari kollha tagħha.