B’dieqa tħabbar li l-attriċi Una Stubbs ħallietna fl-eta ta’ 84 sena. Fost il-partijiet li ħadmet, Una tibqa’ maħbuba ħafna mill-familja EastEnders. Is-sit BBC EastEnders kif ukoll siti l-oħra sellmu l-memorja tagħha u semmew fost l-iktar xogħlijiet li għamlet matul is-snin.
Kienet magħrufa l-iktar għar-rwoli tagħha fi programmi bħal EastEnders, Worzel Gummidge, Till Death Us Do Part u Sherlock. L-aġent tagħha qal li kienet ilha marida għal dawn l-aħħar xhur. Fi stqarrija, uliedha Joe u Christian Henson u Jason Gilmore qalu: “Il-mamà mietet fil-paċi llum bil-familja tagħha madwarha, f’Edinbra.”
Strieħ fis-sliem Una. Ħallejt legat mill-aqwa warjak. Kondoljanzi lill-familja kollha tagħha.