Tmut L-Ixjeħ Ċimpanżi Fl-Ewropa Bl-Isem Ta' Judy – Kienet Ħa Tagħlaq 50 Is-Sena D-Dieħla

Fuq il-paġna uffiċjali tagħhom, it-tim tal-park tal-annimali Natura Vivat ħabbar il-mewt taċ-ċimpanżì Judy ta’ 49 sena, li hija l-ixjeħ xadina ta’ din l-ispeċi fl-Ewropa. Jidher li l-mewta tagħha ġrat bla ebda sinjal, hekk kif qamet normali biex tagħmel passiġġata, iżda malli ntefgħet taħt id-dell u għalqet għajnejha, ma qamitx.

“Għeżież ħbieb tal-Park, illum insellmu lil Judy, l-ixjeħ ċimpanzi fl-Ewropa, fundatriċi tal-kolonja storika tal-Park. Rekord li Judy qasmet ma’ Samy, il-ħabiba tal-qalb tagħha.” L-annimali sħabha dehru mnikkta b’din l-aħbar u nħasdu meta ma riditx tqum.





Judy twieldet fis-sena 1972 u kieku s-sena d-dieħla kienet ser tagħlaq 50 sena. Fil-ġurnal ta’ Parco Natura Viva ntqal li sieħbha Tommy minnufih induna li ġralha xi ħaġa u kaxkarha minn saqajha għal post fejn jista’ jħossha aħjar. Madanakollu kien kollu ta’ xejn. 

Judy kienet omm ta’ tmienja, fosthom Valentina, kif ukoll nanna ta’ waħda, Judith. Judy kienet speċi li kienet mhedda li ħa tispiċċa fl-estinzjoni fl-Afrika ekwatorjali, skond l-Unjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tan-Natura. 



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI