Tmut Persuna Ta’ 35 Sena Bil-Covid-19 Fl-Aħħar 24 Siegħa – Jinstab 24 Każ Ġdid

Il-paġna tal-Awtoritajiet tas-Saħħa għadha kif ħarġet l-aħħar aġġornament dwar is-sitwazzjoni tal-Covid-19 f’Malta.

Sfortunatament fl-aħħar 24 siegħa mietet mara fl-età żgħira ta’ 35 sena waqt li kienet pożittiva għall-Covid-19. Jidher li din hija waħda mill-iżgħar persuni li tilfet ħajjitha waqt li kienet pożittiva għall-virus.

Ġie mħabbar li nstab 24 każ ġdid u 21 persuna rkupraw minn dan il-virus. B’hekk l-ammont totali ta’ każijiet attivi huwa ta’ 313-il każ. Fl-isptar hemm sitt persuni li qed jiġu rikoverati mill-virus u l-ebda persuna ma tinsab fl-ITU.

It-total ta’ 826,504 doża tal-vaċċin ingħataw sal-bieraħ fejn 13,720 minnhom kienu tal-booster.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI