Il-paġna tal-Eurovision Song Malta ħabbret aħbar eċċitanti oħra. Kif tafu x-xahar id-dieħel ser ikun qed isir il-Malta Eurovision 2026 – bis-semifinali fil-15 ta’ Jannar u l-finali fis-17 ta’ Jannar 2026. Ilbieraħ ħarġet l-aħbar tal-ewwel mistieden li ser narawh fuq il-palk tal-MESC waqt il-finali – Baby Lasagna. Illum ħarġet l-aħbar li t-tieni mistieden (għas-semi-finali) huwa Tommy Cash.
Tomas Tammemets, magħruf professjonalment bħala Tommy Cash, huwa rapper, kantant, żeffien, u artist viżiv Estonjan. Normalment ikanta bl-Ingliż b’aċċent distint mhux nattiv, u huwa magħruf għal temi liriċi sesswalment espliċiti u vidjows mużikali provokattivi. Huwa ppreżenta lill-Estonja s-sena l-oħra bil-kanzunetta ‘Espresso Macchiato’.
Facebook / Eurovision Song Malta