Fl-aħħar sitt ijiem kellna aħbarijiet koroh ta’ mwiet. Kellna wkoll ammont kbir ta’ każijiet pożittivi, iżda ta’ min isemmi l-ammont rekord ta’ fejqan li kellna.
Fil-fatt f’sitt ijiem ilħaqna total ta’ kważi 600 każ ta’ fejqan! HAWN tista’ tara aktar informazzjoni dwar il-figuri f’pajjiżna tal-Covid-19.
Il-figuri għall-aħħar 24 siegħa joħorġu dalwaqt u nkunu nafu kemm fejqan u każijiet ġodda. Ejjew nagħmlu kuraġġ u nkomplu naħdmu għal saħħitna.
Instagram maurocoli1996/ tvm.com.mt – Sors: malteseblogger.com