Tournament Tal-Futbol MiIl-Kunsill Reġjonali Tal-Lvant B'Risq Puttinu Cares!

Il-Kunsill Reġjonali tal-Lvant, b’kollaborazzjoni mal-Akkademja Sportify Sports, se jorganizzaw tournament reġjonali tal-futbol li se jinkludi diversi lokalitajiet fir-reġjun. Il-tournament se jsir nhar is-Sibt, 26 t’April 2025, u mistenni jiġbed aktar minn 700 żagħżugħ minn 8 nurseries sportivi differenti.

Kull nursery se tkun responsabbli għal grupp ta’ età speċifika fil-grawnd tagħhom, filwaqt li tibgħat gruppi oħra f'grawnds differenti madwar ir-reġjun. Il-logħbiet se jsiru simultanjament f’dawn il-lokalitajiet, u jinkludu tfal minn taħt il-5 snin (U5) sa taħt it-13-il sena (U13). Dan huwa tournament bi ħbiberija b’għanijiet edukattivi, komunitarji u ta’ solidari.

Matul l-attività, se jinġabru donazzjonijiet għall-Malta Community Chest Fund Foundation, biex l-isport iservi wkoll ta’ mezz ta’ għajnuna għal dawk fil-bżonn. Il-ftuħ uffiċjali tat-tournament tal-U13 se jsir mill-President ta’ Malta, H.E. Myriam Spiteri Debono, fil-ground tal-Melita Football Club, f’Pembroke, fid-09:30 ta’ filgħodu.

Dettalji tal-Avveniment:

  • Data: Is-Sibt, 26 t’April 2025

  • Ħin: 08:30 – 13:00 (Ċerimonja tal-ftuħ tal-U13 mit-09:30 sal-10:00)

  • Postijiet: Diversi grounds madwar ir-Reġjun tal-Lvant. Għall-ftuħ uffiċjali mal-President, il-post huwa Melita Football Ground, Pembroke.

Dan l-avveniment huwa opportunità ideali biex jitrawmu l-valuri tal-isport, il-komunità u l-ġenerożità fost iż-żgħar – ejjew inkunu parti minnu!

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI