Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, It-Temp Madwarna qasmu mas-segwaċi tagħhom ftit informazzjoni interessanti rigward it-tradizzjoni Maltija tal-ġirja tal-Irxoxt.
Qalu, “Il-ġirja tal-Irxoxt hija tradizzjoni Maltija popolari fejn f’ħafna lokalitajiet, il-vari jinħarġu fit-toroq f’purċissjoni ferrieħa. Tradizzjoni antika li tgħaqqad il-fidi, il-kultura u s-sens ta’ komunità Maltija f’waħda mill-aktar mumenti mistennija fil-festi tal-Għid.”
Żiedu, “L-aktar mument ta’ stennija hu meta xi rġiel jerfgħu l-vara u jiġru biha fit-toroq bħala simbolu ferrieħi tar-rebħa tal-ħajja fuq il-mewt. In-nies jakkumpanjaw b’ċapċip, mużika, u ċelebrazzjoni kbira! Il-purċissjonijiet tal-Għid f’Malta bdew jinxterdu bejn is-sekli 17 u 18, influwenzati minn tradizzjonijiet Kattoliċi Mediterranji, speċjalment mill-Italja u Spanja. Dawn jinkludu purċissjonijiet solenni biex titfakkar il-passjoni u r-rebħa ta’ Kristu fuq il-mewt.”
Facebook/Din Malta Taghna