It-tim ta’ Transport Malta, aktar kmieni llum, ħabbru li twaqfu temporanjament is-servizzi li jingħataw f’Raħal ġdid mill-A3 Towers, minħabba xi ħsarat tekniċi.
Dawn qalu li bdew jagħmlu dak kollu possibbli sabiex kollox jiġi għan-normal mill-aktar fis. Sa issa għadu mhux imħabbar li s-servizzi minn Transport Malta f’Raħal Ġdid jistgħu jkomplu joperaw bħas-soltu, għalhekk tajjeb li wieħed isegwi l-paġna tagħhom fuq il-midja soċjali għal xi notifika oħra u jżomm ruħu aġġornat.