Infrastructure Malta għadha kemm qasmet notifika t’għeluq għal Triq Pietro Floriani, ġewwa l-Furjana.
Din tapplika mil-lum it-Tnejn, 5 ta’ Jannar 2026 sal-bidu ta’ Marzu li ġej. Ir-raġuni għall-għeluq hi li ħa tkun qed tinbena mill-ġdid it-triq.
“Ippjana l-vjaġġ tiegħek minn qabel u segwi t-tabelli lejn rotot alternattivi fl-inħawi. Grazzi tal-koperazzjoni.”
Kunu infurmati dwar dan u komplu segwu l-paġna għal aktar aġġornamenti.
Facebook/ Infrastructure Malta