"Tsunami Ta' Messaġġi Razzisti U 'Mur Lura Pajjiżek'." – Kummenti Xokkanti Wara Intervista Ma' Persuna Mill-Afganistan

Editur lokali Herman Grech mas-sit Times of Malta għadu kemm qasam fuq il-midja soċjali l-għadd ta’ kummenti negattivi li rċieva wara intervista li kellu ma’ raġel Afgan. Fid-dawl ta’ dak li għaddej ġewwa l-Afganistan, diversi persuni rreaġixxew b’diversi messaġġi ta’ razziżmu u li bihom indirizzawh biex imur lura pajjiżu. 

Dan kien sinjal ċar għall-editur li f’Malta għad hawn nuqqas ta’ solidarjetà u simpatija. “Irrappurtajna dwar intervista ma’ raġel Afgan li jgħix Malta fejn tkellem dwar l-orrur li qed iseħħ f’pajjiżu. Huwa jibża’ juża ismu minħabba ritaljazzjoni mit-Taliban.” Herman ikompli jgħid li din l-intervista ħolqot, “tsunami ta’ messaġġi razzisti u ‘mur lura pajjiżek’.”

Xeħet anke xi ritratti minn xi kummenti li ħallew bosta persuni.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI