Fuq il-paġna tal-Forza tal-Pulizija ta’ Malta persuna bgħatet messaġġ ta’ ringrazzjament lil pulizija, PC322 u ġie spjegat x’ġara eżatt.
“Dalgħodu twaqqaft minn pulizija tat-traffiku ġo Marsascala… Nixtieq nuri l-apprezzament tiegħi lejn dan il-pulizija ta’ kemm hu edukat, bravu u jaf jagħti lezzjoni b’umilta ta’ vera.”
“Irġiel bħal dawn iġibuk konxju tal-affarijiet b’mod vera eċċellenti. Tlaqt minn ħdejh u bqajt impressjonat bl-erbgħa kelmiet li qalli għal ġid.”
Il-persuna spiċċat billi kitbet: “Grazzi Sir tas-servizz tiegħek.” Awguri lil dan ir-raġel tas-servizz tajjeb li qed jagħti!