“Twinkle – Ħadd Għadu Ma Saqsa Għaliha” – Maxine Borg Tappella Biex Tinstab Dar Għal Twinkle

Maxine Borg tieħu ħsieb annimali li ma jkollhomx familja li tħobbhom, u tipprova ssibilhom dar biex ikollhom bidu ġdid mimli mħabba. Illum hi appellat biex tinstab dar għal Twinkle.

Hi kitbet, “Twinkle – Ħadd għadu ma saqsa għaliha. Twinkle qiegħda għall-adozzjoni. Hi għandha madwar seba’ jew tmien xhur, vaċċinata, u ingħatat kura għall-ħniex. Twinkle hi tortie sabiħa ħafna, għadha ftit imbeżża’ imma qisha qed trabbi ftit kunfidenza għall-fsied fuq geddumha u rasha. Hi tħobb ħafna tilgħab u tajba għal ma’ qtates oħra.”

Hi ppubblikat xi ritratt ħelwin ta’ Twinkle. Jekk ma tistgħux tgħinu intom, xerrdu dan l-artiklu ma’ xi ħadd li jista’ jgħin ħalli nsibulha familja lil din il-qattusa!





Facebook / Maxine Borg



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI