Il-pjattaforma soċjali ta’ Mater Dei qed itella’ dan l-avviż importanti dwar il-kesħa u lil min jista’ jaffetwa l-aktar. Dawn huma l-anzjani u nies vulnerabbli li jistgħu jkunu f’periklu għax ibatu minn temperatura baxxa perikoluża għall-ġisem. Importanti li wieħed iżur lil iktar spiss lill persuni anzjani u mħeġġa sabiex iżommu d-djar tagħhom sħan kemm jista’ jkun. Jgħin ukoll billi wieħed jilbes ħwejjeġ li huma adattati u jsaħħnu kif ukoll billi jieħdu xarbiet sħuna.
Importanti wkoll li jekk persuna taqa’ mal-art u tqatta’ ħin sostanzjali hemm dan jista’ jwassal għall-temperaturi perilokużi għall-ġisem.
“Twissija dwar il-kesħa – Malta
Il-kundizzjonijiet kesħin u ħarxa li qed jaffettwaw partijiet minn Malta, jistgħu iżidu r-riskju ta’ waqgħat u mard ikkawżat mill-kesħa. L-anzjani u nies vulnerabbli għandhom riskju ogħla li jbatu minn temperatura baxxa perikoluża tal-ġisem. Għalhekk qed inħeġġu li
Żur lil persuni anzjani aktar ta’ spiss f’dawn il-ġranet:
Żomm id-djar tagħhom sħan kemm jista jkun,
Ħeġġeġ ilbies li jsaħħan u xorb sħun
Jekk persuna taqa’ u tqatta’ ħafna ħin fl-art, tista’ twassal għal temperatura baxxa perikoluża tal-ġisem.
Jekk taħseb li persuna qed tbati minn temperatura baxxa tal-ġisem ċempel is-servizz tal-emerġenza 112.
Oqgħod attent, ibqa’ sigur, u ħudu ħsieb xulxin.”