L-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) tixtieq tinforma lill-pubbliku dwar il-perikli marbuta ma’ ġugarell, soft toy forma ta’ delfin li ġie pprovdut mill-marka ‘Sterimar’ u mqassam permezz tal-ispiżeriji f’Malta u Għawdex.
Potenzjalment ġiet identifikata kwistjoni ta’ sigurtà relatata mal-komponenti tal-għajnejn tal-ġugarell, li jistgħu jinqalgħu u jikkawżaw riskju ta’ fgar, partikolarment għat-trabi u t-tfal żgħar.
Ittieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex titwaqqaf id-distribuzzjoni u biex l-ispiżeriji jiġu infurmati dwar dan.
Din l-azzjoni ta’ prekawzjoni qiegħda tittieħed bħala miżura ta’ sigurtà. Il-konsumaturi li setgħu rċevew il-prodott imsemmi hawn fuq huma mħeġġa biex immedjatament jieqfu jużawh u jarmu l-ġugarell b’mod sigur.
Peress li dan is-soft toy forma ta’ delfin tqassam bla ħlas bħala prodott promozzjonali, il-proċess ta’ rimedju li huwa normalment assoċjat ma’ prodott irtirat mis-suq ma japplikax f’dan il-każ.
Il-konsumaturi huma dejjem imfakkra biex jiċċekkjaw il-pjattaforma Safety Gate qabel jixtru prodotti, sabiex jivverifikaw jekk prodott li jkunu se jixtru ġiex elenkat bħala perikoluż HAWN
Għal mistoqsijiet relatat ma’ dan il-prodott, ġentilment ikkuntattjaw lid-Direttorat tas-Sorveljanza tas-Suq fuq marketsurveillance@mccaa.org.mt