“Twissija! Riħ Mill-Punent Majjistru Għandu Jkompli Jitqawwa Fis-Saħħa Tiegħu” – Mid-Djarju Tat-Timba

Temp f'Malta

Il-paġna Mid-Djarju tat-Timba ippubblikat dettalji dwar it-temp li hu mistenni fis-sigħat li ġejjin. Ir-riħ ħa jippersisti, u hemm ċans kbir li jkun qawwi iktar minn qabel.

“Twissija! Riħ mill-punent majjistru għandu jkompli jitqawwa fis-saħħa tiegħu matul is-sigħat li ġejjin. Għandu jilħaq Forza 9 (90km fis-siegħa). Buffuri jistgħu ikunu perikolużi u jkunu aktar minn previst.”

Ħa jkollna riħ kiesaħ ħafna, u hemm iċ-ċans ta’ xi halba silġ għada. Ir-riħ qiegħed viċin Forza 5. Il-paġna tagħti anke pariri ta’ sigurtà għall-pubbliku.

Fosthom li ma tipparkjax taħt siġar jew qrib ħafna. Iċċekkjaw il-panelli fuq il-bjut, importanti li jkunu marbutin sew.

Ara aktar fil-post HAWN jew hawn taħt

Inkomplu nistennew aktar aġġornamenti dwar it-temp fil-gżejjer Maltin għall-jiem li ġejjin.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI