Jekk tmur lejn iż-żona tal-ajruport, tajjeb li tieħu ħsieb u tkun taf li bħalissa ħa jkun hemm xi rotot differenti li ħa jkollok tieħu. Infrastructure Malta ħabbret li hemm devjazzjoni meta tkun sejra lejn l-ajruport minħabba l-proġett il-ġdid tal-Mini ta’ Ħal Kirkop.
Fuq il-paġna tagħhom huma kitbu, “Rotta Ġdida Għall-Ajruport: Hekk kif ix-xogħlijiet tal-Kirkop Tunnels u l-Airport Intersection Project bdew jirrankaw, qed niftħu rotta temporanja ġdida għall-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta minn Triq Ħal Far. L-aċċess eżistenti (Triq il-Karwija) mir-roundabout tal-Gudja se jingħalaq… sabiex f’din iż-żona nibdew nibnu l-istrutturi ta’ dan il-proġett.”
Huma jkompli jispjegaw, “Segwu t-tabelli mir-roundabout lejn devjazzjoni qasira minn Triq Ħal Far, imbagħad duru fuq ix-xellug lejn ir-rotta ġdida lejn l-Ajruport. Grazzi tal-koperazzjoni.”