Twissija Ta’ Mewġ Għoli F’Bosta Bajjiet Mil-Lum – It-Temp Se Jinbidel!

Skont ir-rapport tat-temp miktub fuq il-paġna it-Temp Madwarna fuq Facebook, dal-weekend mistenni riħ qawwi ħafna mill-Majjistral (North West), speċjalment illum filgħaxija.

Ir-riħ, li se jkun pjuttost frisk, se jitqawwa għal “Forza 6 sa filgħaxija b’xi buffuri qawwija (sa Forza 7), iżda jerġa’ jnaqqas sa sbieħ il-Ħadd,” kitbet il-paġna.





Huwa mitlub biex jiġu evitati l-bajjiet fejn jaqbel dan ir-riħ, minħabba l-mewġ għoli. Fil-fatt, bosta bajjiet se jkollhom il-badiera ħamra, li tfisser li wieħed ma jistax jinżel jgħum.

Apparti minn hekk, dgħajjes żgħar għandhom jiġu marbutin. “Din it-twissija se tidħol fis-seħħ minn tard filgħodu s-Sibt sa sebħ il-Ħadd, bir-riħ ikun l-aktar qawwi matul is-Sibt filgħaxija.”

Facebook/It-Temp Madwarna



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI