Il-paġna tal-Facebook It-Temp Madwarna irrappurtat dwar is-sitwazzjoni tat-temp hekk kif il-Gżejjer Maltin se jkunu maħkuma minn riħ qawwi illum.
“Twissija,” huma kitbu. “Riħ qawwi ħafna (ta’ forza 7) mill-Punent fil-ħin li ġej.” Huma żiedu jgħidu li dan it-temp se jaffettwa l-vjaġġi bejn Malta u Għawdex. “Vjaġġi lejn Għawdex se jsiru minn wara Kemmuna.”
Qalu ukoll li r-riħ se jdum qawwi sal-Ħamis li ġej.
Facebook / It-Temp Madwarna