Twissija Urġenti: Riħ Qawwi U Sħab Tas-Silġ Fuq Pajjiżna!

Il-pubbliku qed jiġi mwissi biex joqgħod attent minħabba riħ qawwi li se jkompli jaffettwa lill-gżejjer Maltin matul il-ġurnata tal-lum. Il-kundizzjonijiet tat-temp jindikaw li r-riħ mill-Majjistral se jkun wieħed qawwi għal qawwi ħafna, speċjalment fl-ewwel nofs tal-ġurnata.

Huwa rrakkomandat li dawk li għandhom oġġetti barra bħal qsari jew affarijiet oħra li jistgħu jkunu ta’ perikolu, idaħħluhom ġewwa kemm jista’ jkun malajr biex jevitaw ħsara.



Ir-riħ mistenni jilħaq Forza 6 sa 7, b’qofol tiegħu kmieni fil-ġurnata, u għalkemm sa filgħaxija jista’ jbatti ftit, xorta se jibqa’ qawwi.



Fir-rigward tat-temp, is-sħab tax-xita li kien qed jaffettwa l-inħawi diġà mexa lejn il-Lvant u għadda minn fuq Għadwex. Tul il-ġurnata, iċ-ċans ta’ xita jibqa’ wieħed żgħir, iżda mhux eskluż, b’mod partikolari wara nofsinhar jew lejn il-lejl.

It-temperaturi mistennija jilħqu massimu ta’ 15°C, filwaqt li matul il-lejl jistgħu jinżlu sa 11°C. Għalhekk, il-pubbliku hu mħeġġeġ jibqa’ attent u jieħu l-prekawzjonijiet meħtieġa hekk kif it-temp jibqa’ instabbli b’riħ qawwi.



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI