Twissija: Nstabet Żieda Sostanzjali Ta' Maltin Li Jilagħbu L-Imħatri Wara Biss Ġimagħtejn Ta' Partiti Tal-EURO 2020

Wara ġimagħtejn għaddejjin bil-partiti tal-EURO 2020, instab li hemm numru kbir ta’ Maltin li qed imorru jilagħbu l-flus u l-imħatri fuq liema timijiet se jirbħu. Skont il-Fondazzjoni għal-Logħob Responsabbli, wieħed għandu jżomm f’moħħu li l-logħob tal-imħatri jista’ jinbidel f’vizzju perikoluż li jtellef il-kontroll tal-individwu. Mingħajr kontroll, persuna kapaċi tispiċċa vittma.

Li tirriskja flusek m’għandhiex tkun xi ħaġa kontinwa u bla kontroll, u m’għandu qatt jinqabeż il-limitu. Il-periklu li ma tieħux flusek lura qiegħed hemm, u wieħed m’għandux jiffissa li jrid jirbaħ tant li jilgħab bla kontroll. Fost perikli oħra hemm li persuna tispiċċa tirrikorri għal-logħob tal-azzard, logħob li jista’ jwasslek “għall-patoloġija, kumpulsività”, skont kif qal lis-sit Television Malta l-uffiċjal tal-fondazzjoni Kayne Said.

Jeħtieġ noqogħdu aktar attenti, u jekk taħseb li l-vizzju rikbek, fittex l-għajnuna hawn taħt.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI