L-aħħar każ kontra Michael Jackson ġie miċħud minn imħallef f’Los Angeles wara li ma nstabux biżżejjed provi kontrih.
James Safechuck, wieħed miż-żewġt irġiel li għamlu allegazzjonijiet assurdi ta’ molestazzjoni kontra Jackson fid-dokumentarju ‘Leaving Neverland’ , kellu l-każ tiegħu maqtugħ mill-qorti.
Safechuck u Wade Robson ħadu sehem fid-dokumentarju tal-HBO, ‘Leaving Neverland’, li fih għamlu talbiet infondati u mhux sostanzjati kontra Jackson. Il-produttur tal-film qatt ma ta ċans lil ħadd jirrispondi u lanqas ma ppreżenta xi naħa oħra għall-istejjer.
Il-Jackson Estate bħalissa qed ifittex lil HBO u l-każ mar għall-arbitraġġ. Dan huwa każ ieħor minn ħafna fejn Michael ġie ppruvat innoċenti, li jfisser li l-allegazzjonijiet kollha kienu foloz matul is-snin, u xejn għajr skema għall-flus.
Michael Jackson żgur li qed jagħmel il-moonwalk il-ġenna!