Illum huwa għeluq snin il-kantanta tant maħbuba Lisa Gauci. Lisa twieldet fit-3 t’April tal-2006 u b’hekk illum hi għalqet 20.
“U illum għalaqna 20!” hi kitbet fuq il-Facebook tagħha. “Għalkemm ma nidhirx u ma nħossnix ta’ għoxrin, in-numru hemm jibqa’ u nista’ ngħid li dak kollu li ridt nagħmel fit-‘teen years’ għamiltu, anzi naħseb li rnexxieli nikseb u nakwista ħafna aktar milli qatt pretendejt.”
“Kuntenta ħafna li se nibda vjaġġ ġdid bħala adulta u eċċitata biex nara dawn is-snin x’se joffru. Grazzi ħafna tal-messaġġi,” hi kompliet tgħid.
Facebook / Lisa Gauci