Fil-bidu tal-ġimgħa, saret iċ-ċerimonja tal-premjijiet tal-Malta Animal Rescue. Fih, ingħata l-premju għall-aħjar santwarju tal-annimali tal-2021 u ntrebaħ minn …
RMJ Horse Rescue! Is-santwarju kien fl-aħbarijiet matul is-sena kollha wara li kienu ħadu ħsieb iż-żiemel imsejjaħ Baby li ġie ttraskurat u misjub fi stat orribbli li seta’ kkawżalu ħajtu. RMJ għenuh jirkupra minn dakinhar. Imma RMJ mhux biss jieħdu ħsieb lil Baby iżda ħafna żwiemel oħra li salvaw.
Il-preżentatriċi maħbuba Moira Delia xandret ir-rebħ tal-premju fuq il-paġna tagħha ta’ Facebook hekk kif Korin Farrugia aċċetta l-premju.
Proset kbira lil RMJ Horse Rescue u kif ukoll lis-santwarji l-oħra kollha li jagħmlu tant xogħol għall-annimali!