"U Mnalla Tkun Il-Familja Li Tgħinna. Bħalna, Hawn Ħafna Ġenituri Oħra." – Is-Segretarju Parlamentari Alex Muscat

Alex Muscat, is-Segretarju Parlamentari, qasam ritratt tassew ħelu flimkien ma’ bintu u z-zija tiegħu. Alex radd ħajr liz-zija tiegħu l-familjari kollha li jagħtuhom daqqa t’id biex jieħdu ħsieb it-tifla.

Fil-ħajja mgħaġġla tal-lum, ħafna ġenituri jsibu s-sapport ta’ membri oħra tal-familja biex jiħdulhom ħsieb it-tfal waqt li jkunu xogħol jew inkella jkollhom impennji oħra x’jattendu. Din hi għajnuna imprezzabbli.

Alex jikteb, “Kemm jien u kemm Rachel għandna xogħol impenjattiv ħafna u mnalla tkun il-familja li tgħinna. Bħalna, hawn ħafna ġenituri oħra. Grazzi kbira lil dawk li nsibuhom dejjem, fosthom liz-zija Salvina.”







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI