Uffiċjalment ġie mħabbar fuq diversi siti Ingliżi li t-tfal bejn it-12 u l-15-il sena issa jistgħu jiġu offruti li jitlaqqmu bil-vaċċin kontra l-Covid-19 fir-Renju Unit. Dan wara diversi dubji u teoriji xettiċi li kien hemm fost il-pubbliku.
Jidher li t-tfal ser jiġu offruti t-tilqima tal-Pfizer malajr kemm jista’ jkun qabel jibdew il-ġranet l-iskola. Ħa jkun hemm anke servizzi tat-tilqim ġol-iskejjel stess. Jekk kollox jibda jindika li hu sigur, tibda tingħata t-tieni tilqima wkoll.
Wara li l-awtoritajiet Ingliżi raw li hemm aktar benefiċċji milli riskji f’li t-tfal jitlaqqmu bil-vaċċin, ittieħdet din id-deċiżjoni. Għalissa ser ikunu qed jingħataw it-tilqima dawk vulnerabbli u li huma mhedda b’xi kundizzjoni tas-saħħa.
Is-segretarju ġenerali tal-Assoċjazzjoni Tal-Mexxejja Tal-Iskejje U L-Kulleġi, Geoff Barton, jgħid li l-vaċċinazzjoni tat-tfal hi bżonn biex ma jitilfux aktar lezzjonijiet u edukazzjoni inġenerali. Dan minkejja li t-tfal huma fost l-inqas fir-riskju li jsoffru minn sintomi severi tal-virus. HAWN tista’ tara l-aħbar uffiċjali.
Facebook/ CDC