Wara li minħabba l-pandemija kelli jitwaqqaf ħesrem il-ġbid tax-xeni tad-drama l-Għarusa, issa reġa’ beda. Mil-lum fid-8:45pm ser tibda tixxandar din id-drama mill-bidu. Liema drama li f’Marzu skont ir-rapport tal-Broadcasting Authority ġiet iddikjarata bħala l-aktar drama segwita f’pajjiżna, b’aktar minn 67 elf telespettatur.

Ritratt: Reno Rapa/ L-Għarusa
Dawn il-puntati ser iwasslu sabiex f’Settembru jixxandru l-aħħar tlett puntati li jwassluna għat-tmiem ta’ din l-istorja. Ħerqan biex tkun taf min qatel lil Għarusa jew jekk hux maqtula wara kollox?