Uffiċjalment Jibda T-Temp Tax-Xitwa – Temp Kiesaħ, Riħ Qawwi U Aktar Xita Mistennija Jilħqu Lil Malta

Ftit wara t-tokki ta’ nofs il-lejl, forsi smajtu x-xita traxxax jew is-sajjetti jfaqqgħu… illum għandna nistennew temp simili, b’temp ikrah li jidher li għandu jibqa’ fuq pajjiżna għal xi ftit jiem mhux ħażin.





Dalgħodu ċerti li kien hemm min ħass dak il-frisk, frisk naturali ta’ temp li beda jeqleb u mhux frisk li ġej mill-arja kkundizzjonata. Dan minħabba li l-iktar temperatura sħuna llum mhijiex mistennija li titla’ ogħla minn 18°Ċ.



Il-paġna ta’ tbassir tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta ħarġet twissija għar-riħ qawwi li jista’ jonfoħ buffuri mill-Majjistral ta’ Forza 6, iżda barra minn dan wissiet ukoll dwar maltempati bir-ragħad u b’ċans qawwi ta’ xita.

Dan jista’ jibqa’ għaddej sa għada, filwaqt li r-riħ qawwi jista’ jirritorna lejn l-aħħar tal-ġimgħa, illum jidher li huwa l-iktar jum b’maltemp li kellna dan l-aħħar.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI