Il-paġna ta’ Facebook tal-Korp tal-Pulizija ta’ Malta tkellmet dwar sessjoni interattiva li saret bejn uffiċjali tal-pulizija ma’ membri tad-Down Syndrome Association Malta.
Is-sessjoni ffokat fuq is-sigurtà personali, l-indipendenza u l-bini ta’ fiduċja. “Permezz ta’ preżentazzjonijiet interessanti, eżerċizzji ta’ role-play u diskussjonijiet miftuħa, il-parteċipanti kisbu ħiliet prattiċi biex jgħinuhom jimmaniġġjaw sitwazzjonijiet ta’ kuljum u jifhmu aħjar l-appoġġ komunitarju disponibbli għalihom,” kitbet il-paġna.
“Grazzi sinċiera lill-membri kollha għall-parteċipazzjoni attiva tagħhom u lill-mexxejja tal-Assoċjazzjoni għad-dedikazzjoni u l-kollaborazzjoni kontinwa tagħhom.”
Facebook / Malta Police Force