“Uffiċjalment Issa Nista’ Nipprattika Bħala Avukat Fil-Qorti” – L-MP Rebekah Borg

L-MP Rebekah Borg kitbet messaġġ ta’ kburija fuq il-paġna tagħha għaliex irnexxielha tilħaq tragward li kienet ilha snin tistudja għalih.

Hi kitbet, “Sitt snin ilu bdejt vjaġġ ġdid. Illum nista’ ngħid li wasalt. Uffiċjalment issa nista’ nipprattika bħala avukat fil-Qorti. Ma kinitx triq faċli. Dil-mixja bdiet wara li diġa’ kont stabbilita fil-professjoni tiegħi… u f’dawn is-snin inbidlu ħafna affarijiet ukoll. Ikkontestajt elezzjoni ġenerali u sirt deputat, iżżewwiġt, kelli żewġt itfal, u komplejt naħdem bhala Inġinier (l-ewwel imħabba.”



Żiedet tgħid, “Apparti li hija kisba personali, hija wkoll opportunità ġdida. Li ngħaqqad il-ħsieb tekniku mal-avukatura. Li nara l-affarijiet minn ġiex naħat. U li nkompli naħdem fuq dak li nemmen fih… speċjalment fl-ippjanar, il-bini u l-ambjent.  Grazzi lil kull min kien ta’ sapport f’dawn is-snin. Dr Inġ Rebekah Borg.”



Nawgurawlha!



Ritratti:

Facebook / Rebekah Borg

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI