Issa Tista’ Tiggradwa Fl-Influencing F’Università Fl-Irlanda – X’Taħsbu Kieku Kellu Jidħol Malta?

Għall-ewwel darba fl-istorja, università fl-Irlanda ser tkun qed toffri Degree full-time għal min jixtieq isir social media influencer.  L-interess għal karriera f’dan il-qasam qiegħed kulma jmur jiżdied, u għaldaqstant din l-università ħadet ħsieb taġġorna skont l-interessi taż-żgħażagħ u l-istudenti.  Dan speċjalment wara li mill-2019 is-settur irdoppja fil-valur globalment u huwa stmat li jiswa bejn €14-il biljun u €16-il biljun  madwar id-dinja. 

Dan il-kors ikopri diversi ħiliet fuq medda ta’ erba’ snin, fosthom ħiliet fin-negozju, editjar tal-vidjo u l-awdjo, studji kulturali kritiċi u kitba kreattiva.

Dr O’Leary spjegat li l-gradwati tal-kors se jkunu preparati biex jew jaħdmu għal rashom bħala influencer jew inkella biex joħolqu kontenut għal kumpanija jew organizzazzjoni.  

X’taħsbu li kieku din l-opportunità għaż-żgħażagħ u l-adulti kellha tidħol fl-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni f’Malta?







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI