Unur Storiku Għal Malta Hekk Kif Il-Caravaggio Wing Tal-Kon-Katidral Ta’ San Ġwann Tirbaħ Premju Internazzjonali Prestiġjuż

Il-Kon-Katidral ta’ San Ġwann kiseb suċċess storiku wara li l-Caravaggio Wing tiegħu rebħet il-premju “Best Use of Digital – International” waqt il-Museums + Heritage Awards, wieħed mill-aktar unuri prestiġjużi fis-settur tal-mużewijiet u l-wirt kulturali.

Dan huwa meqjus bħala l-ewwel darba li istituzzjoni Maltija rebħet premju minn dawn l-awards internazzjonali.



Il-Caravaggio Wing ġiet rikonoxxuta għall-esperjenza immersiva u innovattiva tagħha madwar il-kapulavur The Beheading of St John the Baptist ta’ Caravaggio, permezz ta’ storytelling ċinematiku, projezzjonijiet u elementi diġitali interattivi li jagħtu ħajja ġdida lill-istorja tal-artist waqt iż-żmien tiegħu f’Malta.



Il-premju ngħata waqt ċerimonja li saret fil-London Hilton on Park Lane fit-13 ta’ Mejju 2026. Il-Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni ta’ San Ġwann, Tonio Mallia, qal li dan huwa mument ta’ unur kbir għal Malta u xhieda tad-dedikazzjoni tat-tim kollu wara l-proġett.

Il-proġett ġie kofinanzjat mill-European Regional Development Fund, b’80% tal-finanzjament mill-Unjoni Ewropea u 20% mill-Fondazzjoni ta’ San Ġwann.



Ritratti:

Faceook / St John’s Co-Cathedral

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI