“Urġenti: Bżonn Ta’ Foster Home Għal Qattusa Li Se Twelled” – Animal Welfare Gozo

Fuq il-paġna Animal Welfare Gozo ġie ppubblikat avviż għall-pubbliku dwar qattusa li ser twelled, u għandha bżonn spazju sigur biex tagħmel dan.

L-organizzazzjoni Animal Welfare Gozo għamlet appell urġenti lill-pubbliku biex jgħin f’sitwazzjoni delikata li tinvolvi qattusa tqila li għandha bżonn spazju sigur fejn twelled.

Skont l-appell, qed jiġi mfittex “post ġewwa, kwiet u protett – bħal kamra żgħira, kamra tal-banju jew spazju magħluq”, biex il-qattusa tista’ tħossha kalma u ’l bogħod minn perikli ta’ barra.

Madwar sitt ġimgħat oħra l-qattusa mistennija twelled, u minn hemm tibda tieħu ħsieb lill-frieħ tagħha.

Animal Welfare Gozo tassigura li se tipprovdi kulma hu meħtieġ biex tiġi mħarsa l-qattusa flimkien mal-frieħ tagħha.

L-organizzazzjoni enfasizzat li fostering jista’ jsalva l-ħajjiet, u wissiet dwar l-importanza li jkun hemm post sigur. Tappella lil kull min jista’ joffri spazju temporanju, li jista’ jkun ta’ appoġġ għall-ħlejjaq innoċenti.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI