L-urugan Grace li laqat l-Ilvant tal-Messiku ħalla tal-anqas tmien persuni mejta wara d-diżastru kbir li ġab miegħu!
Dan l-urugan affettwa l-aktar l-istat ta’ Veracruz. Apparti minn hekk, ikkawża wkoll xita u riħ qawwijin, għargħar, qtugħ ta’ provvista tad-dawl u ħafna siġar spiċċaw biex inqalgħu minn posthom.
L-urugan infirex mal-Messiku kollu u l-maltemp riesaq lejn it-Tramuntana ta’ Mexico City filwaqt li r-riħ u x-xita qed jikkawżaw aktar u aktar għargħar.
Din hi sitwazzjoni perikoluża u tal-biża ħafna għar-residenti tal-Messiku. Nittamaw li kollox jgħaddi b’wiċċ il-ġid u ma jiġi rrappurtat ħadd iktar mejjet!