Il-paġna The Malta Police Force għadha kemm ħarġet rapport li ġuvni ta’ 15-il sena huwa rrappurtat nieqes. Deher l-aħħar fl-inħawi ta’ Wied il-Għajn u mill-informazzjoni li ngħatat kien liebes l-uniformi tal-iskola.
L-uniformi kellha kulur ċilesti, u jidher li kellu lbies skur. The Malta Police Force titlob biex min ikollu xi informazzjoni dwar din il-persuna, jista’ jgħaddiha lill-Pulizija.
Dan jista’ jsir permezz ta’ Messenger jew b’telefonata, b’mod anonimu. Min jagħżel li jċempel, għandu juża n-numri tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija 2122 4001 / 119. Persuna tista’ tirrapporta anke fl-eqreb Għassa tal-Pulizija.
Facebook/ The Malta Police Force