Il-BBC għadu kif ħabbar li fl-Università ta’ Oxford ġie żviluppat vaċċin kontra l-Covid-19 li huwa sigur u li mistenni jħalli effett immunitarju pożittiv. Sa issa diġà ġie ttestjat fuq 1,077 persuna u r-riżultat kien wieħed pożittiv u ta’ suċċess.
Madanakollu, għalissa xorta waħda għadu kmieni biex ikun żgurat li dan il-vaċċin se joffri protezzjoni assoluta u għalhekk għaddejjin aktar testijiet.

Ritratt: BBC
Iżda l-Ingilterra diġà ordnat mal-100 miljun doża minn dan il-vaċċin.
Intqal ukoll li dan il-vaċċin fih sintomi partikolari. Imma aktarx ser ikollna nistennew sal-aħħar ta’ din is-sena biex inkunu ċerti minn dan lil-vaċċin! X’sena dik e l-2020!
Imma ejja nippruvaw nżommu pożittivi kif nistgħu! Diġà almenu aħna f’pajjiżna, ninsabu aħjar minn pajjiżi oħra!
Ritratt: BBC