Valentina Rossi, wiċċ u vuċi li m’għandha bżonn ta’ ebda introduzzjoni fid-dinja tar-radju, mil-lum bdiet l-avventura tagħha bħala l-preżentatriċi l-ġdida ta’ Magic Mornings. Din it-tranżizzjoni tfisser bidla kbira għall-udjenza tagħha, hekk kif Valentina kienet għal żmien twil il-vuċi popolari fuq Vibe FM waqt il-programm ta’ drive time ta’ waranofsinhar.
Li timxi minn waranofsinhar għall-filgħodu hija sfida ġdida għal Valentina, iżda bl-entużjażmu u l-kariżma tagħha, m’hemmx dubju li se tkun suċċess. Valentina tgħid li mdorrija tqum kmieni iżda forsi mhux li jkollha l-alarm fl-4:00 ta’ filgħodu. Is-semmiegħa ta’ Magic Mornings żgur li se jieħdu gost bil-fatt li Valentina ngħaqdet ma’ Abel, Martina u Jd.
Prosit Valentina u l-aqwa xewqat għall-bidu ta’ dan il-kapitlu ġdid!
Facebook / Valentina Rossi