Ġewwa l-Awstralja nstab varjant ġdid tal-varjant Delta jew kif ħafna jafuh, il-varjant Indjan!
Dan il-varjant ġie kkonfermat wara li ġew irrappurtati tmien każijiet bih. Skont l-uffiċjal tas-saħħa Dr Kerry Chant, sebgħa minn dawn it-tmien każijiet huma tal-istess dar. Qalet ukoll li s’issa dan il-varjant huwa simili ħafna tal-varjant Delta.
Madanakollu, Dr Kerry Chant qalet li hemm bżonn li jsiru xi testijiet biex ikunu jafu minn fejn ġie dan il-varjant. L-awtoritajiet tas-saħħa Awstraljani xorta se jnaqqsu r-restrizzjonijiet tal-Covid-19 ġewwa l-belt ta’ Sydney. Dan wara li 70% tal-popolazzjoni ta’ New South Wales ġiet imlaqqma.
Taħsbu li pajjiżna se jiġi affettwat minn dan il-varjant ukoll?