B’messaġġ sinċier u mimli emozzjoni, Gaffiero Ivan ħabbar li sfortunatament kellu jħassar l-impenji kollha tiegħu għal-lum, fosthom il-programm li kellu jixxandar fuq OneRadio fl-10pm.
“Sfortunatament illum ma niflaħx ħafna u se jkolli nħassar dak kollu li kelli llum… vera kontra qalbi imma ħakmitni sew l-influwenza,” jikteb Ivan, waqt li appella wkoll biex nitolbu għalih u għall-morda kollha bħalissa.
Min jaf lil Ivan jaf ukoll li huwa persuna li verament iħobb dak li jagħmel, bniedem li jagħti qalbu u ruħu għal dawn l-affarijiet u li dejjem jersaq lejhom b’passjoni u dedikazzjoni kbira. Proprju għalhekk, din id-deċiżjoni kienet waħda diffiċli għalih, speċjalment meta kien qed iħares ’il quddiem b’ħeġġa kbira għal dan il-programm.
Għalkemm ħafna kienu qed jistennewh b’entużjażmu, il-messaġġ tiegħu jfakkarna li s-saħħa għandha tibqa’ dejjem il-prijorità.
Minn qalbna nawgurawlu fejqan ta’ malajr u nittamaw li nerġgħu narawh lura fuq ix-xandir dalwaqt, b’aktar saħħa u enerġija. 💙
Facebook/ Gaffiero Ivan