Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Aġġornament tat-temp tkellmu dwar is-sitwazzjoni tat-temp preżenti f’pajjiżna.
Qalu, “Għal darb’ oħra xita lokalizzata li laħqet l-aktar in-naħħa ta’ isfel ta’ Malta kif ukoll lejn tas-Sliema. Għawdex kważi ammont żgħir ħafna tul dan il-lejl li għadda. Nisperaw ftit aktar xita aktar tard illejla x’ ħin dik is-sħaba li hemm ġol-punent Ilbiċ tmissna.”
Żiedu, “Verament ammont żgħir kien dak tal-lum bħala medja fejn konna qegħdin nistennew medja ta’ 10mm xita madwar Malta u Għawdex. L-ammont li niżlet meta ikkumparat ma’ dak previst hi biss 20% ta’ dak previst li jfisser li s’issa ll-previżjoni ma kinitx tajba. Nistennew forsi wara 18:00 ikollna ftit xita oħra.”