Il-kantant Matthew Mercieca, magħruf bħala Muxu, għadu kif żvela fuq il-midja soċjali li se jerġa’ jsir ziju!
“Veru ferħan li se nerġa’ nsir ziju! Ma nistawx nistennew sakemm niltaqgħu miegħek,” qal hu b’mod li jindirizza lit-tarbija stess.
Iż-żewġ ritratti jiżvelaw lil Muxu flimkien ma’ oħtu u l-mudella Valentina Rossi. Dawn juru lil oħt Muxu meta kienet tqila bl-ewwel wild u issa bit-tieni, bit-tpinġijiet ħelwin fuq żaqqha li juru lit-tarbija qed toħroġ tittawwal.
Aħna minn Gwida.mt nixtiequ nawguraw lill-familja kollha ta’ din l-aħbar. M’hemm xejn isbaħ minn dan iż-żmien!
Facebook/Muxu