Kif forsi diġà smajtu dwar nhar is-Sibt li ġej, jiġifieri l-10 ta’ Awwissu, mistenni jgħaddi asterojde minn ħdejn id-Dinja – u ovvjament, f’daqqa waħda kulħadd qed jinkwieta u joħloq xenarji ta’ tmiem id-Dinja hekk kif nafuha. Biex inkunu ċari, din mhix xi ċagħqa ta’ ħdejn il-baħar: l-oġġett li bosta qed jibżgħu se jobrox id-Dinja fih djametru ta’ 500 metru – bażikament, Portomaso imma 5 darbiet ikbar. Però in-nies verament għandhom għaliex joqogħdu jħabblu rashom li l-ħajja fuq id-dinja se tieqaf ċumm bumm?
Getty Images
Fil-verità, il-possibiltà li dan l-asterojde jolqot lil Malta hija negliġibbli, jekk mhux impossibbli għalkollox – il-ġebla, għalkemm imdaqqsa waħda sew, se tkun qed tgħaddi madwar 8 miljun kilometru ‘l bogħod mid-Dinja! Għal din ir-raġuni, dan mhu jkun tal-ebda riskju għall-bnedmin, u l-ħajja se tibqa’ għaddejja bħas-soltu qisu xejn mhu xejn.

Getty Images
Għaldaqstant, xorta waħda hemm dawk li mhumiex jinneglieġu avveniment fejn asterojde verament jagħmel impatt mad-Dinja f’xi żmien fil-futur. Amministratur ta’ NASA, Jim Bridenstine, iwissi li neħtieġu nipproteġu l-unika pjaneta li nafu fiċ-ċert li fiha l-ħajja fuqha, u għalhekk l-esperti jridu dejjem joqogħdu attenti minkejja li jqisu li impatt mad-dinja żgur mhux se jseħħ għal tal-inqas seklu ieħor.
Getty Images