L-istazzjon tar-radju Vibe FM għadu kif ħabbar li fil-ġimgħat li ġejjin se jkun qed jidħol fi proċess li se jwasslu sabiex isir l-ewwel stazzjon tar-radu f’pajjiżna li jaħdem kompletament bis-saħħa tal-intelliġenza artifiċjali.
Id-direttur tal-istazzjon Andrew Zammit fisser kif dan il-proċess se jkun qed iżomm fiċ-ċentru tiegħu lis-semmiegħ u se jiżgura li s-semmiegħa jingħataw l-aqwa esperjenza possibbli meta jsegwu l-programmi ta’ Vibe FM.
F’iżjed dettall, id-direttur tal-istazzjon spjega li wara xhur ta’ ħidma rnexxielhom jaslu f’punt fejn l-intelliġenza artifiċjali studjat b’reqqa l-ilħna tal-preżentaturi kollha u għaldaqstant, fil-futur, il-programmi se jkunu jistgħu jsiru xorta waħda anke jekk stess il-preżentaturi ma jkunux preżenti fiżikament.
Instagram / Vibe 88.7