Fl-2012 kien ippreżenta l-Malta Eurovision. Rajnieh jirreċta f’diversi dramas u għal xi żmien interpreta diversi karattri satiriċi. U issa ser jippreżenta l-programm tant mistenni Malta’s Got Talent. Ngħiduha kif inhi, Gordon Bonello huwa preżentatur perfett għal dan il-programm. Min isegwi Got Talent ta’ barra, jista’ jinduna l-mod komiku u leġġer li jaddotta l-preżentatur waqt is-serata.

Fl-intervista li ġiet ippublikata llum fir-rivista GWIDA, staqsejna lil Gordon jekk xtaqx kien preżentatur jew ġurat!
Gordon qalilna li fil-bidu kienu staqsewh jekk jixtieqx ikun preżentatur jew membru tal-ġurija. “Fil-qasam tax-xogħol tiegħi, naħseb li għandi l-kwalitajiet kollha biex inkun parti mill-ġurija, peress li kelli diversi esperjenzi fid-dinja tal-ispettaklu kemm fuq livell lokali kif ukoll fuq livell internazzjonali”.
Imma x’ħajru l-aktar jagħżel li jippreżenta? “Waħda mill-iktar affarijiet li ħajruni naċċetta l-irwol ta’ preżentatur kien il-famuż golden buzzer li nista’ nagħfas jien ukoll għal dak it-talent illi jmissni u jolqotni emozzjonalment”.

Illejla Malta’s Got Talent tilfux!
Albert Camilleri / Malta’s Got Talent