Hija xi ħaġa sabiħa immens meta x-xogħol prezzjuż tal-pulizija, anke azzjonijiet u ġesti sbieħ mal-proxxmu, jiġu apprezzati. Aktar kmieni jidher li persuna ħadulha lil missierha l-isptar wara li ħassu ħażin fil-karozza tiegħu. Miegħu kien hemm bintu u din ġiet megħjuna minn uffiċjali tal-pulizija li waqfet biex tkun ta’ faraġ.
Il-persuna tikteb lil Malta Police Force u tirringrazzja mill-qalb lil din il-pulizija tal-ġest nobbli. “Ċemplet anke aktar tard filgħaxija biex tistaqsi għalih”, tkompli l-persuna. Titlob biex dan il-messaġġ jitwassal lill-pulizija li għenithom u tgħarrafhom li missierha jinsab aħjar minkejja li għadu l-isptar.
Prosit kbira lil PC1012 ta’ dan il-ġest nobbli! Nixtiequ fejqan ta’ malajr lil dan ir-raġel li jinsab l-isptar!