Waqt Li Kien Qed Imut Xtaq Li Jitlaqqam Bil-Vaċċin Tal-Covid-19 – Il-Funeral Jinbidel F’Post Ta’ Vaċċinazzjoni

Marquis Davis, raġel ta’ 28 sena miet minħabba l-Covid-19 fis-26 ta’ Lulju li għadda u ma kienx għadu ħa t-tilqima. Davis iddaħħal l-isptar u lill-mara tiegħu qalilha li la joħroġ minn hemm jixtieq li jieħu l-vaċċin, però dan kien tard wisq għax hu diġà ma kienx fadallu ħafna ħajja.

Biex familtu tonora x-xewqa tiegħu, dawn iddeċidew li dakinhar tal-funeral, il-knisja fejn kienet ser tingħatalu l-aħħar tislima, tinbidel għal post ta’ vaċċinazzjoni. Bi ftehim mal-knisja u mal-istat dan seta’ jsir possibbli u dakinhar tal-funeral bdew jingħataw il-vaċċini ta’ Pfizer u Johnson & Johnson.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI