L-attur bravissimu Carlos Farrugia nistgħu ngħidu li ilu għal żmien twil assoċċjat mal-irwol ta’ Kristu, fejn kien hemm għadd ta’ produzzjonijiet li ħa sehem fihom b’dak l-irwol. Kull darba jirnexxielu jaħdem l-irwol b’perfezzjoni!
Jidher li Carlos se jkun qed jerġa’ jinterpreta dan il-karattru speċjali wara ħafna snin. Hu esprima kemm ifisser għalih dan u kemm għadha tant speċjali għalih.
“Ritorn lejn is-Salib. Wara 13-il sena, se nirritorna b’dan l-irwol! L-emozzjoni, il-misteru, it-tifsira – qatt ma tlifthom. Onorat li ser nerġa’ nġorrhom,” jikteb Carlos.
Nawgurawlek Carlos għal din l-esperjenza!