Johnston Farrugia il-HOOLI għadu kemm żvela fuq il-paġna tiegħu li ser ikun qed iniedi kanzunetta ġdida, din id-darba ddedikata kollha kemm hi għal missieru, fl-okkażjoni ta’ Jum Il-Missier.
HOOLI jikteb, “Wara 18 -il sena nikteb il-lirika, nirrekordja u noħroġ diski fuq suġġetti varji, kurrenti u stejjer ta’ madwari, aktar tard din il-ġimgħa se nkun qed noħroġ diska bil-vidjow lirikali, iddedikata lill-persuna għażiża ħafna għalija!”
Din mhux ser tkun xi ħaġa tiegħu u ta’ missieru biss, iżda HOOLI jżid li jista’ jirrelata magħha kull missier. “Rigal minn qalbi b’mod speċjali għal missieri… u għall-missirijiet kollha f’Jum il-Missier.” Jieħu ħsieb jirringrazzja lis-segwaċi kollha tiegħu tal-appoġġ li dejjem juru.
Ara aktar xi żvela f’dan il-filmat qasir u segwi aktar fuq il-paġna tiegħu HOOLI. Awguri HOOLI!