Ħafna kienu sorpriżi bl-aħbar li Danusan se jkunu qed itellgħu l-aħħar spettaklu tagħhom. Dwar dan tista’ taqraw HAWN. Daniel Chircop, fuq il-mezzi soċjali jgħaddi l-ewwel kummenti tiegħu.
Hu jisħaq, “Ħafna qed iċemplu u jikkuntattjawna biex jistaqsu jekk hux veru… Inħobbu nagħmlu l-marketing stunts, imma din id-darba mhux il-każ. Wara 25 sena naħdmu flimkien, iddeċidejna li nibdew naħdmu fuq affarijiet li huma iktar għal qalbna b’mod personali.”
Daniel ikompli, “Dan ix-xow se jkun farewell xieraq għall-karattri li tant ġabu tbissima lill-Maltin. Għalhekk, ejjew sabiex jiena u Chrysander Agius nagħtukom xow mill-isbaħ, ħalli nagħlqu din l-avventura flimkien.”
Se tmur tarahom għall-aħħar darba flimkien?
Facebook / Daniel Chircop